EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1029

Regolament (UE) Nru 1029/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan

ĠU L 316, 14.11.2012, p. 43–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1029/oj

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/43


REGOLAMENT (UE) Nru 1029/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ottubru 2012

li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem "l-Unjoni") .u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn ’il quddiem "il-Pakistan") tibni fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2004 (2). Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kondizzjonijiet tal-kummerċ, u jħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu, bejn il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ewlenin tax-xogħol, u l-prinċipji demokratiċi huma wkoll element essenzjali ta' dak il-Ftehim.

(2)

F'Lulju u Awwissu 2010, wara xita qawwija tal-monsun, għargħar devastanti laqat reġjuni kbar tal-Pakistan, notevolment iż-żoni ta' Baluchistan, Khyber Pakhtunkwa, Punjab, Sindh u Gilgit-Baltistan. Skont is-sorsi tan-Nazzjonijiet Uniti, l-għargħar affettwa madwar 20 miljun persuna u 20 % tal-art tal-Pakistan, ekwivalenti għal mill-inqas 160 000 kilometri kwadri, u ħalla sa 12-il miljun ruħ fi bżonn ta' għajnuna umanitarja urġenti.

(3)

L-għajnuna umanitarja hija ċertament l-istrument ewlieni f'dan it-tip ta' sitwazzjoni u l-Unjoni kienet minn ta' quddiem f'dan il-qasam mill-bidu tal-emerġenza, bl-impenn ta' aktar minn EUR 423 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza lill-Pakistan.

(4)

Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza, inklużi l-miżuri kummerċjali eċċezzjonali proposti biex tingħata spinta lill-esportazzjonijiet tal-Pakistan biex jingħata kontribut lejn l-iżvilupp ekonomiku futur tiegħu, filwaqt li jkunu żgurati l-konsistenza u l-koerenza fil-livelli kollha bl-għan li tiġi żviluppata strateġija sostenibbli fit-tul.

(5)

Is-severità ta’ dan id-diżastru naturali titlob reazzjoni immedjata u sostanzjali li tqis l-importanza ġeostrateġika tas-sħubija tal-Pakistan mal-Unjoni, l-aktar permezz tar-rwol ewlieni tal-Pakistan fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li sservi ta’ kontribut għall-iżvilupp, is-sigurtà u l-istabbiltà ġenerali tar-reġjun.

(6)

L-effetti tal-preferenzi kummerċjali awtonomi għandhom ikunu jistgħu jitkejlu f’termini konkreti ta’ ħolqien ta’ impjiegi, tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli tal-popolazzjoni li taħdem u tal-fqar tal-Pakistan.

(7)

Il-Kunsill Ewropew, f'Dikjarazzjoni dwar il-Pakistan, mehmuż mal-Konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta' Settembru 2010, iddeċieda li jagħti mandat lill-Ministri biex jaqblu b'urġenza fuq pakkett komprensiv ta' miżuri għal terminu qasir, għal terminu medju u għal terminu twil biex jgħinu jsejsu l-irkupru tal-Pakistan u l-iżvilupp futur tiegħu, u li jkunu jinkludu fost oħrajn miżuri kummerċjali ambizzjużi essenzjali għall-irkupru u t-tkabbir ekonomiku.

(8)

Partikolarment, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-impenn qawwi tiegħu biex jagħti esklussivament lill-Pakistan aċċess ikbar għas-suq tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis immedjat u limitat fiż-żmien tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ewlenin mill-Pakistan. Fid-dawl ta’ dik id-Dikjarazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet pakkett li kien jidentifika 75 linja tariffarja speċifiċi għas-setturi ewlenin tal-esportazzjoni tal-Pakistan f’dawk l-inħawi l-agħar milquta mill-għargħar, filwaqt li sostniet li żieda fl-esportazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-Unjoni ta’ EUR 100 miljun, jew aktar, fis-sena tkun ta’ għajnuna reali, sostanzjali u valida lir-reġjun.

(9)

Il-kummerċ li l-Pakistan għandu mal-Unjoni primarjament jikkonsisti f'tessuti u prodotti tal-ħwejjeġ li ammontaw għal 73,7 % tal-esportazzjonijiet tal-Pakistan lejn l-Unjoni fl-2009. Il-Pakistan jesporta wkoll l-etanol u l-ġilda li huma, flimkien mat-tessuti u l-ħwejjeġ, prodotti industrijali sensittivi f'ċerti Stati Membri fejn l-impjiegi fl-industrija diġà ntlaqtu fuq skali differenti mir-reċessjoni globali. Dawk l-industriji qegħdin ibatu biex jadattaw għal ambjent kummerċjali globali ġdid.

(10)

Is-settur tat-tessuti huwa ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija tal-Pakistan, għandu sehem ta’ 8,5 % tal-prodott domestiku gross u jimpjega 38 % tal-forza tax-xogħol, li minnhom madwar nofs huma nisa.

(11)

Minħabba t-tbatija li qed ibati l-poplu tal-Pakistan minħabba l-għargħar qerriedi, jixraq, għalhekk, li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi eċċezzjonali lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-Pakistan fir-rigward ta' esportazzjoni. L-għoti ta' tali preferenzi kummerċjali għandu jikkawża biss effetti negattivi limitati fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u m’għandux jaffettwa b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(12)

Dawk il-miżuri qed jiġu proposti bħala parti minn pakkett eċċezzjonali, b’rispons għas-sitwazzjoni speċifika fil-Pakistan. Fl-ebda ċirkostanza m’għandhom jikkostitwixxu preċedent għall-politika kummerċjali tal-Unjoni ma’ pajjiżi oħra.

(13)

Il-preferenzi kummerċjali awtonomi se jkunu fl-għamla ta' eżenzjoni mid-dazji doganali mal-importazzjoni fl-Unjoni jew fl-għamla ta' kwoti tariffarji.

(14)

Id-dritt għall-benefiċċji mill-preferenzi kummerċjali awtonomi eċċezzjonali jiddipendi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju ta' frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kondizzjonijiet għad-dritt għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi.

(15)

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti tal-oriġini, taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva, għandhom japplikaw il-Part I, t-Titolu IV, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 1 u s-Sezzjoni 1A, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), ħlief għall-Artikoli 68 sa 71, 90 sa 97i u 97j(2) ta’ dawk is-Sezzjonijiet. Madankollu, fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-oriġini, huma biss il-materjali li joriġinaw fl-Unjoni li għandhom ikunu permessi jintużaw għal tali finijiet. Il-kumulazzjoni reġjonali u tipi oħra ta' kumulazzjoni, ħlief dik b'materjali li joriġinaw fl-Unjoni, ma għandhomx japplikaw relattivament għad-determinazzjoni tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti koperti mill-preferenzi kummerċjali awtonomi stabbiliti skont dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li sseħħ biżżejjed bidla fil-Pakistan.

(16)

L-għoti ta' preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan jeħtieġ eżenzjoni mill-obbligi tal-Unjoni taħt l-Artikoli I u XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT) b'konformità mal-Artikolu IX tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO. Il-Kunsill Ġenerali tad-WTO ta din l-eżenzjoni fl-14 ta’ Frar 2012.

(17)

Sabiex ikun żgurat impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar u b'konformità mal-eżenzjoni tad-WTO, huwa rakkomandat li l-perijodu tal-preferenzi kummerċjali awtonomiikun limitat sal-31 ta' Diċembru 2013.

(18)

Sabiex ikun hemm reazzjoni rapida u jkunu żgurati l-integrità u l-funzjonament ordinat tal-preferenzi kummerċjali awtonomi għall-Pakistan u sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar is-sospensjoni temporanja minħabba nonkonformità ma' proċeduri u obbligi marbuta mad-dwana, minħabba ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-Pakistan, jew minħabba li l-Pakistan ma jirrispettax il-kondizzjoni li, mill-1 ta’ Lulju 2012, jastjeni milli jintroduċi dazji tal-esportazzjoni jew tariffi b'effett ekwivalenti ġodda, jew li jżid dawk li diġà jeżistu, jew jintroduċi kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni oħra, jew li jżid dawk li diġà jeżistu, fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ kwalunkwe materjal użat fil-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni immedjatament applikabbli, fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu dan. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

(19)

Sabiex isiru l-adattamenti tekniċi meħtieġa għal-lista ta' merċi li għalihom japplikaw il-preferenzi kummerċjali awtonomi u biex jjitneħħew prodotti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fejn il-volumi ta' importazzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jiżdiedu lil hinn minn ċerti livelli, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendament tal-Annessi I u II biex jirriflettu l-bidliet fin-nomenklatura magħquda u biex jitneħħew prodotti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inklużi dawk fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(20)

Sabiex jiġu indirizzati mingħajr dewmien l-importazzjonijiet miżjuda sinifikattivament ta’ prodotti eżentati mid-dazji doganali meta jiġu importati fl-Unjoni u li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati li jneħħu l-prodotti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament taħt il-proċedura ta’ urġenza.

(21)

Mhux iktar tard minn sentejn mill-iskadenza ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti ta’ dawn il-preferenzi kummerċjali awtonomi. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi dettaljata tal-effetti ta’ dawn il-preferenzi fuq l-ekonomija tal-Pakistan u l-impatt tagħhom fuq il-kummerċ u l-introjtu tariffarju tal-Unjoni kif ukoll fuq l-ekonomija u l-impjiegi tal-Unjoni. Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-effetti tal-preferenzi kummerċjali awtonomi f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi, ta’ qerda tal-faqar u ta’ żvilupp sostenibbli tal-popolazzjoni li taħdem u tal-fqar tal-Pakistan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

1.   Il-prodotti li joriġinaw mill-Pakistan u li huma inklużi fl-Anness I għandhom ikunu eżentati mid-dazji doganali mal-importazzjoni fl-Unjoni.

2.   Il-prodotti li joriġinaw mill-Pakistan u li huma inklużi fl-Anness II għandhom ikunu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni suġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Il-kondizzjonijiet tad-dritt għall-arranġamenti preferenzjali

1.   Id-dritt għall-benefiċċji mill-arranġamenti preferenzjali introdotti fl-Artikolu 1 għandu jkun suġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

ikun hemm konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif previst fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 1 u s-Sezzjoni 1A, is-Subsezzjonijiet 1 u 2, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, ħlief għall-Artikoli 68 sa 71, 90 sa 97i u l- Artkolu 97j(2) ta’ dawk is-Sezzjonijiet. Madankollu, fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-oriġini għall-iskop tad-determinazzjoni tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti koperti mill-arranġamenti introdotti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, hija permessa biss il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-Unjoni. Il-kumulazzjoni reġjonali u t-tipi l-oħra ta' kumulazzjoni, ħlief il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-Unjoni, mhumiex permessi;

(b)

ikun hemm konformità mal-metodi u l-kooperazzjoni amministrattiva kif previst fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 1, is-Subsezzjoni 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(c)

il-Pakistan ma jkunx involut fi ksur serju u sistematiku ta’ drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ewlenin tax-xogħol, il-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

(d)

il-Pakistan jastjeni milli jintroduċi dazji tal-esportazzjoni jew tariffi b'effett ekwivalenti ġodda, jew li jżid dawk li diġà jeżistu, jew jintroduċi kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni oħra, jew li jżid dawk li diġà jeżistu, fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti koperti minn dawk l-arranġamenti preferenzjali maħsuba għat-territorju tal-Unjoni, mill-1 ta’ Lulju 2012.

2.   Iċ-ċertifikati tal-oriġini tal-“Formola A” maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pakistan taħt dan ir-Regolament għandu jkollhom l-approvazzjoni li ġejja fil-kaxxa 4 “Autonomous measure — Regulation (EU) No 1029/2012 (5)“(”Miżura awtonoma — Regolament (UE) Nru 1029/2012”).

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji

1.   Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni bl-eżenzjoni tad-dazji doganali fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni kif stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 u elenkati fl-Anness II għandhom ikunu amministrati mill-Kumissjoni b'konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Tneħħija ta' prodotti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.   Fejn, fis-sena kalendarja 2012 jew 2013, l-importazzjonijiet ibbażati fuq data ta’ importazzjoni doganali dwar prodott li joriġina mill-Pakistan u li huwa inkluż fl-Anness I jiżdiedu fil-volum, b’25 % jew iktar, meta mqabbla mal-medju tas-snin 2009 sa 2011, dak il-prodott għandu jitneħħa mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-bqija ta’ dik is-sena. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b'konformità mal-Artikolu 6, biex temenda l-Anness I biex tneħħi dak il-prodott mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-bqija ta’ dik is-sena.

2.   Mad-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat, l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fil-paragarfu 1, għandhom ikunu suġġetti għal dazji applikabbli taħt il-prinċipju tan-nazzjon l-aktar ippreferut jew għal dazji applikabbli oħrajn.

Artikolu 5

Aġġustamenti tekniċi tal-Annessi

Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 6 sabiex temenda l-Annessi sabiex tinkorpora emendi u aġġustamenti tekniċi li jsiru meħtieġa minħabba emendi lin-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC.

Artikolu 6

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 u 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 7

Proċedura ta' urġenza

1.   L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 8

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikoli 247a(1) u 248(a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dak il-Kumitat jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, imqajma mill-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu, għandhom japplikaw.

Artikolu 9

Sospensjoni temporanja

1.   Fejn il-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed provi ta' nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, din tista', sabiex tirrispondi għal din l-urġenza, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni li jkunu applikabbli immedjatament, tissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali previsti f'dan ir-Regolament għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur, bil-kondizzjoni li l-ewwel hija tkun:

(a)

infurmat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(b)

talbet lill-Istati Membri biex jieħdu dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew sabiex tkun żgurata l-konformità mill-Pakistan mal-Artikolu 2;

(c)

ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jgħid li hemm raġunijiet għal dubbji raġonevoli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali jew tal-konformità mal-Artikolu 2 mill-Pakistan li jistgħu jqajmu kwistjoni dwar id-dritt tagħha li tkompli tgawdi l-benefiċċji mogħtija minn dan ir-Regolament;

(d)

informat lill-Pakistan b’kull deċiżjoni li tkun ħadet skont dan il-paragrafu, qabel ma’ din issir effettiva.

2.   Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni temporanja, il-Kummissjoni għandha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tiddeċiedi jew jekk is-sospensjoni jew jekk testendix il-perjodu ta' applikazzjoni tagħha.

3.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 8(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha relevanti li tista’ tiġġustifika s-sospensjoni temporanja tal-arranġamenti preferenzjali jew l-estensjoni tagħha.

Artikolu 10

Rapport

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat u l-effetti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2012.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/870/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (ĠU L 378, 23.12.2004, p. 22).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 43.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

PRODOTTI B'EŻENZJONI TAD-DAZJU DOGANALI

Il-prodotti li fuqhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmien numri. Id-deskrizzjoni ta' dawk il-kodiċi tinstab fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1). Id-deskrizzjoni tal-Kodiċi NM qed tingħata biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0712 39 00

Faqqiegħ u tartufi imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar minn hekk (eskl. Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, wood ears (Auricularia spp.) u jelly fungi (Tremella spp.))

5205 12 00

Ħajt singlu, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, li jitkejlu inqas minn 714,29 decitex iżda mhux inqas minn 232,56 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 14 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 43), mhux għall-bejgħ bl-imnut

5205 22 00

Ħajt singlu, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, li jitkejlu inqas minn 714,29 decitex iżda mhux inqas minn 232,56 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 14 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 43), mhux għall-bejgħ bl-imnut

5205 32 00

Ħajt multiplu "mitwi" jew f'cables, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, kull ħajta singla inqas minn 714,29 decitex iżda mhux inqas minn 232,56 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 14 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 43 għal kull ħajta), mhux għall-bejgħ bl-imnut

5205 42 00

Ħajt multiplu "mitwi" jew f'cables, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, kull ħajta singla inqas minn 714,29 decitex iżda mhux inqas minn 232,56 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 14 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 43 għal kull ħajta), mhux għall-bejgħ bl-imnut

5208 11 90

Drappijiet minsuġin tal-qoton bla disinn, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2, mhux ibbliċjati minbarra drappijiet għall-manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

5208 12 16

Drappijiet minsuġin tal-qoton bla disinn, u mhux ibbliċjati li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2 iżda mhux iktar minn 130 g/m2, ta' wisa' li ma jeċċedix il-165cm

5208 12 19

Drappijiet minsuġin tal-qoton bla disinn, u mhux ibbliċjati li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2 iżda mhux iktar minn 130 g/m2, ta' wisa' li ma jeċċedix il-165cm

5208 13 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton, mhux ibbliċjati, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u bi tliet ħajtiet jew erba' ħajtiet, inkluż cross twill

5208 19 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton oħrajn, mhux ibbliċjati li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

5208 21 90

Drappijiet minsuġin tal-qoton bla disinn u ibbliċjati,li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2, minbarra drappijiet għall-manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

5208 22 19

Drappijiet minsuġin tal-qoton bla disinn, u ibbliċjati li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2 iżda mhux iktar minn 130 g/m2, ta' wisa' li ma jeċċedix il-165cm

5208 22 96

Drappijiet minsuġin tal-qoton u ibbliċjati li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 130 g/m2 ta' wisa' li ma jeċċedix il-165cm

5208 29 00

drappijiet minsuġin tal-qoton oħrajn, ibbliċjati, li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

5208 51 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton stampati u bla disinn, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 100 g/m2

5208 52 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton stampati u bla disinn, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 200 g/m2

5208 59 90

Drappijiet minsuġin tal-qoton oħrajn, stampati li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

5209 11 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton mhux ibbliċjati u bla disinn, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 200 g/m2

5209 12 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton, mhux ibbliċjati, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 200 g/m2, bi twill ta' tliet ħajtiet jew erba' ħajtiet, inkluż cross twill

5209 19 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton oħrajn, mhux ibbliċjati li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

5209 22 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton, mhux ibbliċjati, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 200 g/m2, bi twill ta' tliet ħajtiet jew erba' ħajtiet, inkluż cross twill

5209 29 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton oħrajn, ibbliċjati, li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

5209 32 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton ibbliċjati, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu iktar minn 200 g/m2, bi twill ta' tliet ħajtiet jew erba' ħajtiet, inkluż cross twill

5211 12 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton mhux ibbliċjati, li fihom inqas minn 85 % tal-piż f'qoton, imħallta prinċipalment jew esklussivament ma' fibri artifiċjali u jiżnu iktar minn 200 g/m2, bi twill bi tliet ħajtiet jew erba' ħajtiet, inkluż il-cross twill

5407 81 00

Drappijiet minsuġin tal-ħjut li fihom inqas minn 85 % tal-piż filament sintetiku, inklużi drappijiet minsuġin miksubin minn monofilament sintetiku ta' 67 decitex jew iktar, u li minnhom l-ebda dimensjoni trasversali ma' taqbeż il-1mm, imħalltin prinċipalment jew biss mal-qoton mhux ibbliċjati jew ibbliċjati

5407 82 00

Drappijiet minsuġin tal-ħjut li fihom inqas minn 85 % tal-piż filament sintetiku, inklużi drappijiet minsuġin miksubin minn monofilament sintetiku ta' 67 decitex jew iktar, u li minnhom l-ebda dimensjoni trasversali ma taqbeż il-1mm, imħalltin prinċipalment jew esklussivament mal-qoton miżbugħin

5513 11 20

Drappijiet minsuġin li fihom mhux inqas minn 85 % tal-piż fibri tal-polyester staple, imħallta prinċipalment jew esklussivament mal-qoton ta' piż li ma jaqbiżx il-170 g/m2, b’nisġa sempliċi, mhux ibbliċjati jew ibbliċjati, b'wisa' ta' 165 cm jew inqas

5513 21 00

Drappijiet minsuġin li fihom mhux inqas minn 85 % tal-piż fibri tal-polyester staple, imħallta prinċipalment jew esklussivament mal-qoton ta' piż li ma jaqbiżx il-170 g/m2, b’nisġa sempliċi, miżbugħin

5513 41 00

Drappijiet minsuġin li fihom inqas minn 85 % tal-piż fibri tal-polyester staple, imħallta prinċipalment jew esklussivament mal-qoton ta' piż li ma jaqbiżx il-170 g/m2, stampati

6101 20 90

Ġkieket u blejżers tal-irġiel u tas-subien tal-qoton, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ (eskl. ġkieket tal-iski, tar-riħ u oġġetti simili)

6112 12 00

Track suits ta' fibri sintetiċi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6116 10 20

Ingwanti mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin b’gomma, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6116 10 80

Mittens u mitts, mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bil-plastik jew bil-gomma, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ u ingwanti mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bil-plastik, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6116 92 00

Ingwanti, mittens u mitts tal-qoton, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6116 93 00

Ingwanti, mittens u mitts tal-fibri sintetiċi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6201 93 00

Ġkieket u ġkieket tar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel u tas-subien ta' fibri sintetiċi

6203 43 19

Qliezet u breeches tal-irġiel jew tas-subien ta' fibri sintetiċi (minbarra industrijali u tax-xogħol)

6204 22 80

Ensembles tan-nisa jew il-bniet, tal-qoton (minbarra industrijali u tax-xogħol)

6204 62 90

Xorzijiet tan-nisa jew tal-bniet tal-qoton

6207 91 00

Flokkijiet ta' taħt biċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħra tal-irġiel jew tas-subien, ġagagi tal-banju, u oġġetti simili tal-qoton

6208 91 00

Flokkijiet ta' taħt biċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħra tan-nisa jew tal-bniet, qliezet ta’ taħt, neglige, ġagagi tal-banju u tad-dar, u oġġetti simili tal-qoton

6211 43 10

Fradal, overalls, smock-overalls u ħwejjeġ oħrajn industrijali u tax-xogħol tan-nisa jew tal-bniet, ta' fibri sintetiċi

6216 00 00

Ingwanti, mittens u mitts

6303 91 00

Purtieri (inklużi d-dendil) u blinds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodda tal-qoton mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6303 92 90

Purtieri (inklużi d-dendil) u blinds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodda tal-fibri sintetiċi mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6303 99 90

Purtieri (inklużi d-dendil) u blinds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodda mhux tal-fibri sintetiċi jew tal-qoton mhux minsuġin u mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6304 92 00

Oġġetti oħra tat-tiżjin, tal-qoton, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6307 10 90

Biċċiet tal-art, srievet, ċraret għat-tfarfir u ċraret simili għat-tindif, mhux minsuġin jew maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6307 90 99

Oġġetti oħrajn manifatturati minn materjali tessili, inklużi mudelli ta’ ilbies mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, u mhux tal-feltru


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS II

PRODOTT SUĠĠETT GĦALL-KWOTI TARIFFARJI ANNWALI MINGĦAJR DAZJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Il-prodotti li fuqhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmien numri. Id-deskrizzjoni ta' dawk il-kodiċi tinstab fl-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Id-deskrizzjoni tal-Kodiċi NM qed tingħata biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Mid-dħul fis-seħħ sal-aħħar tal-2012

1.1.2013 - 31.12.2013

09.2401

2207 10 00

Alcoħol tal-ethyl żnaturat ta' qawwa alkoħolika ta' ≥ 80 %

18 750 tunnellata

75 000 tunnellata

09.2409

4107 92 10

Grain splits tal-ġilda ta annimali bovini (inkluż tal-buflu), ippreparati iktar wara l-ikkunzar jew it-tnixxif, mingħajr suf, għajr ġlud sħaħ

89 tunnellata

356 tunnellata

09.2410

4107 99 10

Ġilda ta annimali bovini (inkluż tal-buflu) ippreparati iktar wara l-ikkunzar jew it-tnixxif, mingħajr suf; minbarra ġlud sħaħ, minbarra unsplit full grains u grain splits

90,25 tunnellata

361 tunnellata

09.2411

4203 21 00

Ingwanti iddiżinjati apposta għall-użu fl-isport, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita

361,75 tunnellata

1 447 tunnellata

09.2412

4203 29 10

Ingwanti, mittens u mits iddiżinjati apposta għall-użu fl-isport, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita

1 566,5 tunnellata

6 266 tunnellata

09.2413

ex 4203 29 90

Ingwanti, mittens u mitts għall-irġiel u s-subien, tal-ġilda jew ġilda rikostitwita, minbarra ingwanti speċjali tal-isports u ingwanti protettivi għas-snajja kollha

62,75 tunnellata

251 tunnellata

09.2414

ex 4203 29 90

Ingwanti, mittens u mitts, tal-ġilda jew ġilda rikostitwita minbarra ingwanti ddiżinjati b'mod speċjali għall-użu fl-isports, minbarra ingwanti protettivi għas-snajja kollha, minbarra ingwanti għall-irġiel u s-subien

135,5 tunnellata

542 tunnellata

09.2415

5205 23 00

Ħajt singlu, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, li jitkejlu inqas minn 232,56 decitex iżda mhux inqas minn 192,31 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 43 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 52), li ma jitqigħedx għall-bejgħ bl-imnut

1 790 tunnellata

7 160 tunnellata

09.2416

5205 24 00

Ħajt singlu, ta’ fibri mhux imqardxin, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton, li jitkejlu inqas minn 192,31 decitex iżda mhux inqas minn 125 decitex (li jeċċedi n-numru metriku 52 iżda ma jeċċedix in-numru metriku 80), mhux għall-bejgħ bl-imnut

1 276,25 tunnellata

5 105 tunnellata

09.2417

5208 39 00

Drappijiet minsuġin u miżbugħa tal-qoton oħrajn, li jiżnu 85 % jew iktar tal-piż f'qoton

421,25 tunnellata

1 685 tunnellata

09.2418

5209 39 00

Drappijiet minsuġin tal-qoton stampati u bla disinn, li fihom 85 % jew iktar tal-piż f'qoton u jiżnu mhux iktar minn 200 g/m2

689,25 tunnellata

2 757 tunnellata

09.2419

5509 53 00

Ħjut (minbarra l-ħajt tal-ħjata) fibri tal-polyester staple, mħallta prinċipalment jew esklussivament mal-qoton, mhux għall-bejgħ bl-imnut

3 061 tunnellata

12 244 tunnellata

09.2420

6103 32 00

Xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien tal-qoton maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

249,75 tunnellata

999 tunnellata

09.2421

6103 42 00

Qliezet, overalls b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ (minbarra malji tal-għum) tal-irġiel jew tas-subien

568,75 tunnellata

2 275 tunnellata

09.2422

6107 21 00

Qomos tas-sodda u piġami tal-irġiel jew tas-subien tal-qoton maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

167,5 tunnellata

670 tunnellata

09.2423

6108 31 00

Qomos tas-sodda u piġami tan-nisa jew tal-bniet tal-qoton maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

374,5 tunnellata

1 498 tunnellata

09.2424

6109 90 20

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn tas-suf jew pil fin ieħor tal-annimali jew fibri sintetiċi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

297,5 tunnellata

1 190 tunnellata

09.2425

6111 20 90

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, tal-qoton, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ (minbarra ingwanti, mittens, u mits) track suits ta' fibri sintetiċi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

153,5 tunnellata

614 tunnellata

09.2426

6115 95 00

Pantyhose, tajts, kalzetti tan-nisa, kalzetti u maljerija oħra u xedd ieħor għas-saqajn mingħajr pett, tal-qoton, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ (ħlief maljerija b'kompressjoni gradwata, pantyhose u tajts, kalzetti tan-nisa t-tul kollu jew li jaslu sal-irkoppa, fejn kull ħajta singla tkun inqas minn 67 decitex)

2 263 tunnellata

9 052 tunnellata

09.2427

6204 62 31

Qliezet u breeches tad-denim tal-qoton (minbarra industrijali u tax-xogħol) orzijiet tan-nisa jew tal-bniet tal-qoton

1 892,75 tunnellata

7 571 tunnellata

09.2428

6211 42 90

Ħwejjeġ tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

96,5 tunnellata

386 tunnellata

09.2429

6302 60 00

Bjankerija tat-twaletta u bjankerija tal-kċina, ta’ materjal tax-xugaman terri jew ta’ materjali terri simili, tal-qoton

9 602 tunnellata

38 408 tunnellata

09.2430

6302 91 00

Bjankerija tat-twaletta u bjankerija tal-kċina, ta’ materjal tax-xugaman terri jew ta’ materjali terri simili, tal-qoton

2 499,25 tunnellata

9 997 tunnellata

09.2431

6403 99 93

Lbies għas-saqajn, b'pettijiet tal-lastiku, plastiks, jew ġilda rikostitwita u b’uċuħ tal-ġilda, bis-suletti ta' tul ta' 24 cm jew iktar, li ma jistgħux jiġu identifikati bħala lbies tas-saqajn tal-irġiel jew tan-nisa, minbarra ilbies tas-saqajn għall-isport u lbies tas-saqajn b'kappa tal-metall protettiva fuq is-swaba', li ma jgħattix l-għaksa; mhux magħmul fuq bażi jew pjattaforma ta' injam (li m'għandhomx suletta minn ġewwa) minbarra lbies tas-saqajn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra, minbarra papoċċi

60,5 tunnellata

242 tunnellata

09.2432

6403 99 96

Lbies għas-saqajn, b'pettijiet tal-lastiku, plastiks, jew ġilda rikostitwita u b’uċuħ tal-ġilda, bis-suletti ta' tul ta' 24 cm jew iktar, li ma għall-irġiel minbarra ilbies tas-saqajn għall-isport u lbies tas-saqajn b'kappa tal-metall protettiva fuq is-swaba', li ma jgħattix l-għaksa; mhux magħmul fuq bażi jew pjattaforma ta' injam (li m'għandhomx suletta minn ġewwa) minbarra lbies tas-saqajn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra, minbarra papoċċi

363,25 tunnellata

1 453 tunnellata

09.2433

6403 99 98

Lbies għas-saqajn, b'pettijiet tal-lastiku, plastiks, jew ġilda rikostitwita u b’uċuħ tal-ġilda, bis-suletti ta' tul ta' ≥ 24 cm, li ma għan-nisa minbarra ilbies tas-saqajn għall-isport u lbies tas-saqajn b'kappa tal-metallprotettiva fuq is-swaba', li ma jgħattix l-għaksa; mhux magħmul fuq bażi jew pjattaforma ta' injam (li m'għandhomx suletta minn ġewwa) minbarra lbies tas-saqajn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra, minbarra papoċċi

172,75 tunnellata

691 tunnellata


Top